Metamorfosi huwa ktieb li jfakkar il-50 sena mill-mewt ta' Rużar Briffa - wieħed mill-fundaturi tal-Għaqda tal-Malti - Università. Wara proċess ta' ħidma interdixxiplinarja nedejna dan il-ktieb bi 3 taqsimiet ewlenin: it-taqsima tax-xogħlijiet artistiċi, it-taqsima tad-diskorsi kommemorattivi li saru waqt is-serata 'Minn Kulma Ħlomt f'Żgħoriti' u t-taqsima li tintrabat ma' ħajtu.
Matul il-proġett li wassal għal dan il-ktieb, il-kittieba emerġenti Sylvana Bugeja, Theresa Abdilla, Elena Stilon u Maria Vella ħadmu mal-artisti Ryan Falzon (pittur), Manoel Pirotta (maestro), Marta Vella (attriċi) u Francesca Cassar (ballerina) rispettivament. Ix-xogħlijiet huma dokumentati b'ritratti ta' Gilbert Calleja.